L-avvanzi tat-teknoloġija dejjem jissorprenduna fuq kemm jistgħu jagħmlulna ħajjitna faċli. Steve Zerafa qed jaħdem fuq robots li se jkunu jistgħu jgħinu fil-ħidma tal-bdiewa. Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius żar il-laboratorju tiegħu.

Robots li jgħinu lill-bdiewa!” hu kiteb. “Żort il-laboratorju ta’ Steve Zerafa li qed jaħdem fuq proġetti biex il-bdiewa wkoll igawdu mill-avvanzi kbar tat-teknoloġija AI u r-robotika. Ser nara kif ngħin f’dan il-proċess anke bl-Ewropa.”

Prosit Steve ta’ dawn l-avvanzi teknoloġiċi.

Facebook/Peter Agius


Bernard Xuereb