Lydia Abela, il-mara tal-Priministru Robert Abela, kitbet fuq il-midja soċjali tagħha biex tiċċelebra żewġ avvenimenti mportanti mmens, l-anniversarju tagħhom u l-griżma tal-isqof ta’ Giorgia.
Hi kitbet, “X’ġurnata speċjali qegħdin niċċelebraw miegħek Giorgia! Nitlob lil Alla biex iżomm idejh fuqek fil-griżma tal-isqof u għal dejjem. Awguri!”
Lydia Abela ppubblikat bosta ritratti ta’ Giorgia b’libsa roża l-ġmiel tagħha u l-ferħ fuq wiċċ it-tifla jixhed kemm hi eċċitata biex tirċievi l-griżma tal-isqof.
Robert Abela wkoll ippubblika kelmtejn sbieħ fejn fakkar l-anniversarju tiegħu ma' Lydia Abela, “Bħal-lum 16-il sena ċċelebrajna ż-żwieġ tagħna, u llum iċċelebrajna l-anniversarju miegħek ukoll għażiża Giorgia, fil-Jum tal-Griżma tiegħek. Inħobbuk immens ❤️”
Awguri f’din il-ġurnata mimlija mħabba u eċċitament! Nawgurawlkom l-isbaħ xewqat!
Instagram / Lydia Abela u Robert Abela