Robert Jackson hu impersonator ta' Michael Jackson. Hu kien fuq Sibtek, flimkien ma' Ryan fejn barra li kanta Billie Jean kien intervistat minn Ryan u wkoll il-mudelli tal-programm. Hu jistqarr li meta beda s-shows, kien jiġi bullied u anke swat kien jaqla sabiex ma jagħmilx dan il-karattru.

Robert ma jemminx li l-akkużi li kien hemm kontra Michael Jackson huma vera. Hu jgħid li peress li ma kellux tfulija, hu kien bena Neverland sabiex it-tfal orfni u dawk bi problemi ta' saħħa jkollhom iċ-ċans li jesperjenzaw tfulija sabiħa.

Robert Jackson iżżeweġ lil Maria tiegħu proprju fil-ġurnata ta' għeluq snin Michael, fid-29 ta' Awwissu. Kumbinazzjoni kbira li l-mara ta' Robert jisimha Lisa, bħal Lisa Marie li kienet iżżewġet lil Michale Jackson. Robert jgħid li din hi biss kumbinazzjoni.

Hu jgħid li għamel tliet xhur jibki u għalih kien qisu miet xi ħadd minn tal-familja għalih. Dan għaliex kien persuna ta' ispirazzjoni kbira. Biex jinterpreta dan il-karattru jgħid li jiltaqa' ma' diversi sfidi.


Emil Calleja Bayliss