Artisti bħal Frida Cauchi, Rachel Micallef, Mary Rose Bonello, Kurt Castillo, Ray Abdilla u ħafna oħrajn ma tista' qatt tinsa t-talent tagħhom fix-xena tar-reċtar.
Hermann Bonaċi għadu kif tefa' xi ritratti li jfakkruna f'xi produzzjonijiet minn tiegħu mill-passat. Fosthom insibu Għall-Paċi U Għall-Mistrieħ, Dun Benit, u kif ukoll l-aqwa fosthom kollha Simpatiċi. Simpatiċi jibqa' apprezzat għal dejjem u ħafna huma dawk li jħossu n-nuqqas ta' l-aktar familja simpatika li qatt rajna!
Wieħed ma jistax ma jsemmix in-nuqqas li ħafna ħassew meta tlifna liln-Nanna tal-Maltin u l-Għawdxin.
Grazzi Hermann x'naqra nostalġija!