Il-pandemija tas-Spanish Flu fl-1918 baqgħet magħrufa bħala l-aktar waħda qattiela fl-istorja. Infettat madwar 500 miljun persuna madwar id-dinja - madwar terz tal-popolazzjoni tal-pjaneta - u qatlet madwar 20 miljun sa 50 miljun vittma, inklużi 675,000 Amerikani.
L-influwenza tal-1918 ġiet osservata l-ewwel darba fl-Ewropa, l-Istati Uniti u partijiet tal-Asja qabel ma nfirxet malajr madwar id-dinja. Dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda mediċini jew vaċċini effettivi biex jikkuraw din l-influwenza qattiela. Iċ-ċittadini ġew ordnati jilbsu l-maskri u lbies protettiv.
Minn dawn ir-ritratti nistgħu ngħidu li bosta kienu li fdaw fl-awtoritajiet u obdew ir-regoli.
Illum qegħdin fl-2020, is-sena fejn id-dinja sabet ma' wiċċha pandemija oħra. Ikun tajjeb jekk inħarsu lejn dawn ir-ritratti u apparti li nittamaw li għad nerbħuha bħal ma ħafna rebħu s-Spanish Flu, inkunu aħna t-tama billi nieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibli!