Probabbli għadkom qed tħabblu moħħkom min huma dawk it-tnejn tar-ritratt, waħda minnhom m'hi ħadd ħliefa Carina Camilleri, omm Ben Camille. Carina qasmet dan ir-ritratt mas-segwaċi tagħha ta' Instagram. Flimkien magħha hemm Simone Aquilina. 

View this post on Instagram

A post shared by Carina Camilleri (@camilleri.carina) on

Ir-ritratt imur lura għal madwar 1983 meta Carina stess kienet timmudella. Illum il-ġurnata hi tieħu ħsieb aġenzija tal-immudellar Models M. Li hi waħda mill-aġenziji ewlenin f'pajjiżna f'dan il-qasam.

Lil Carina rajnieha f'diversi rwoli u forsi ħafna baqgħu jiftakruha l-aktar għal frażi tagħha "that's a big no, no..." meta kienet tippreżenta Style Watch flimkien ma' Peter Carbonaro. Tħobbha jew le, il-karattru tagħha hu wieħed li jiġbed l-attenzjoni.

Instagram / Carina Camilleri


Emil Calleja Bayliss