Il-kantant Malti Glen Vella mhuwiex wiċċ ġdid għax-xena tal-mużika lokali.  Hu rebaħ l-ewwel edizzjoni tal-festival li tant sar maħbub mill-Maltin, Mużika Mużika, bil-kanzunetta 'Ħarsa Biss' li baqgħet tinstema' ta' spiss.  

Glen, din is-sena ma naqasx milli jattendi fl-udjenza tal-festival, u lbieraħ qasam ritratt ħelu mal-kantanta Doreen Galea.  Doreen kienet waħda mill-kantanti mistiedna għal-lejla tal-klassiċi u kantat il-kanzunetta 'Lil Art Twelidi' bħala dwett ma' Martina Borg.  

Glen kiteb, "Ritratt li ħa nibqa ngħożż għal ħajti kollha mal-leġenda Doreen Galea. Mara u kantanta li jien nammira immens, mara b'vuċi li ssaħħarni u nitpaxxa nisma, wara kollox mara kbira fil-qalb, umli u qalbiena. Grazzi, inħobbok Doreen."

Ħafna jammiraw lil Doreen għall-umiltà tagħha, u bix-xieraq, barra li hija kantanta bravissima! 


Marija Bellia