Hemm iċ-ċans li ħafna minnkom diġà smajtuh ivenven. Jekk le, jew toqgħodu f'xi post tassew kenni jew inkella tinsabu tassew aljenati! Illum, proprju f'jum id-duluri mistenni ħafna u ħafna riħ! Riħ qawwi mill-grigal li ħakem il-gżejjer Maltin u ħa jibqa' jiddomina t-temp ta' pajjiżna.

View this post on Instagram

A post shared by Tiziana Ferrero (@tizianaferrero69) on

Dan ġie rrapurtat fuq il-paġna ta' Facebook Aġġornament tat-temp. Jidher li pressjoni baxxa ġabet temp kemxejn instabbli mit-Tuneżija li testendi sal-Mediterran u timxi lejn il-Lvant. Dan ifisser li kull taqtir tax-xita li għandhna nistennew tkun tal-ħamrija.

View this post on Instagram

A post shared by Għaqda tal-Pawlini (@ghaqda.tal.pawlini) on

It-temp għal-lum mistenni jkun imsaħħab, li jkompli jissaħħab matul il-jum. Ir-riħ għandu jitla' għal forza 6 mill-Grigal bl-ogħla temperatur tkun din ta' 17°C u l-inqas dik ta' 12°C. Nistgħu ngħidu li fil-jum iddedikat għall-Madonna tad-Duluri, għandna temp li verament imur ma' din il-ġurnata. Ġurnata li tirrapreżenta t-tbatija ta' omm Ġesù.


Emil Calleja Bayliss