Il-kantanta lokali Maxine Pace għadha kemm ħabbret kisba oħra fil-karriera ta' studji tagħha, hekk kif issa ser tkun qed tigradwa uffiċjalment bħala nutara!   

Maxine illum huwa jum għeluq sninha, u għaldaqstant dan kien bħal qisu rigal speċjali għaliha. Hi kitbet, "L-aqwa rigal t'għeluq snini. Uffiċjalment nutara! Dr. Maxine Pace LL.B (Unuri), M.Not.St. (Melit.) Masters of Notarial Studies"

Dan ifisser li Maxine ser tkun qed tirċievi awgurju doppju llum! Minn qalbna nifirħulek Maxine għal dan li għal darb'oħra ksibt u nixtiqulek aktar suċċessi. Apparti minn hekk, xewqat sbieħ f'għeluq sninek!


Kyle Zarb