Kien missier Richard, Joe Micallef li lbieraħ permezz tal-profil ta' Facebook tiegħu awgura lil Richard u lil Raisa l-isbaħ xewqat fl-ewwel anniversarju minn dik il-ġurnata speċjali għal koppja. Kienu bosta qraba u ħbieb li komplew jawguraw lil din il-koppja.

Ritratt: Facebook / Raisa Micallef

Meta konna tkellimna magħhom permezz tar-rivista tagħna dwar il-jum speċjali tagħhom il-koppja qalulna: "minn xħin konna fil-knisja sal-aħħar mument kien qisu bħal ħolma. Kull mument kien sabiħ, u li nibqgħu ngħożżu għal dejjem. It-tnejn li aħna ma rajniehx itir il-ħin, kif jgħidu, il-ħin itir meta tkun qed tieħu gost."

Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ wkoll nawguraw lil Richard u lil Raisa l-isbaħ xewqat f'dan il-pass li ħadu sena ilu. Il-koppja aktar kmieni din is-sena sar ġenituri taċ-ċkejken Benjamin ukoll.

Facebook / Richard Micallef


Emil Calleja Bayliss