Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Energ ija u l-Ilma (REWS) issa qed jirc ievi applikazzjonijiet għall-Iskema ta’ Apparat għall-Ilma tal-Vit, għotja ta' 60% għal dawk il-persuni li jixtru filtru/i tal-karbonju attivat (activated carbon filters) għad-djar. Il-massimu tal-għotja huwa ta’ €100.
Il-konsumaturi interessati huma mħeg g a jirreferu għal-Linji Gwida lill-Applikanti, li jipprovdu assistenza pass pass ta’ kif għandha timtela’ l-formola tal-applikazzjoni u ta’ kif jiksbu għotja fuq installazzjonijiet għall-apparat għall-Ilma tal-Vit. Dawn il-Linji Gwida jinsabu fuq il-website tar-REWS billi wieħed jagħfas hawnhekk.

Li tagħmel il-bidla u tinvesti f’apparat għall-ilma tal-vit għad-dar tiegħek hija għaz la sostenibbli kif ukoll soluzzjoni li tgħinek tiffranka l-flus. B’semplic i filtru tal-karbonju attivat, il-konsumaturi jistgħu jgawdu ilma tajjeb u sigur direttament mill-vit tagħhom, u b’hekk tig i eliminata l-ħtieg a li jinxtraw fliexken tal-plastik li jintuz aw darba biss.
Għal aktar dettalji u għall-applikazzjoni nnifisha, individwi interessati huma mħeġġa jżuru l-websajt uffic jali tar-REWS, rews.org.mt. Mistoqsijiet relatati mal-iskemi jistgħu jintbagħtu direttament fuq: [email protected] jew billi wieħed ic empel lil servizz.gov fuq Freephone 153. Għal affarijiet g enerali wieħed jista’ jibgħat e-mail fuq [email protected].
REWS kontinwament jag g orna l-lista ta' fornituri li jipprovdu tali apparat. Fornituri interessati jistgħu jikkuntattjaw lil REWS fuq [email protected]. Għall-konsumaturi interessati f’sistemi ta’ reverse osmosis aktar elaborati, REWS toffri żewg skemi: RO Wave – għotja ta’ 15.25% (sa €100) fuq ix-xiri u l-installazzjoni; RO Recycle – Għotja ta’ 40% (sa €300) għal reverse osmosis b’wastewater ritornat fil-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid.