Philippa u Bettina Cassar huma l-aħwa u l-imħuħ li jiffurmaw il-grupp The New Victorians, dwett li żgur mhux forsi f’dawn l-aħħar snin ħalla impatt liema bħalu fix-xena mużikali Maltija. Għalkemm bla dubju magħrufin għal proġetti bħall-album tagħhom Seeker Seeker maħruġ fl-2015, ta’ spiss sirna narawhom jerħulha għal fuq il-palk biex iwasslu spettaklu eċċezzjonali, u l-prestazzjoni tal-proġett tagħhom MARA li qiegħed jittella’ ġewwa Edinburgh mhuwiex jonqos milli jdawwar l-irjus.

NV

Pleasance.co.uk

Dan ix-xogħol teatrali, maħluq bil-ħsieb li jiċċelebra lill-figura tal-mara tul il-mogħdija taż-żmien, kien diġà l-ewwel ittella’ Malta iżda saħansitra ngħata l-opportunità li jagħmel parti mill-festival Fringe ta’ din is-sena, u għalhekk qiegħed jittella’ mill-ġdid f’Edinburgh ġewwa l-Iskozja. L-ispettaklu beda nhar il-31 ta’ Lulju u għandu għaddej sas-26 ta’ Awwissu, u għalkemm għadu biss fl-ewwel ġimgħa tiegħu, bosta huma dawk li diġà qegħdin ifaħħruh ġmielu.

NV

Pleasance.co.uk

NV

Pleasance.co.uk

Minbarra dawn il-kummenti ta’ tifħir, The New Victorians – li wkoll kienu l-imħuħ wara l-ispettaklu akklamat VII (Sette) – saħqu wkoll li MARA saħansitra issa beda jirċievi l-istanding ovations. U naturalment, il-Maltin stess ma naqsux milli joffrulhom l-appoġġ tagħhom lil hinn minn xtutna, hekk kif il-kummenti tagħhom fuq Facebook qegħdin ifuru bl-awgurijiet u l-prosetijiet.

Kellek iċ-ċans tarah dan l-ispettaklu? X’taħseb dwaru?

Facebook / The New Victorians


Kurt Gabriel Meli