Il-Kunsillier Furjaniż James Aaron Ellul kiteb dwar il-problema li hemm bis-subway ġewwa l-istess lokalità. Hu qal, "Ftit tal-ħin ilu għadni kemm ressaqt talba biex jekk il-ħsarat li hemm fl-ewwel subway ma jiġux irranġati mill-aktar fis, din tingħalaq sakemm isir ix-xogħol neċċessarju. Is-sitwazzjoni hija waħda prekarja u tagħti lok għal ħafna abbuż."

Hu żied jgħid, "Din il-problema ilha għaddejja snin sħaħ, bix-xogħol li jsir ma jkunx wieħed sostenibbli, bir-residenti u l-ħaddiema jbatu l-konsegwenzi ta' dan in-nuqqas. L-awtoritajiet jeħtieġ li jisimgħu din it-talba li qed issir biex isir xogħol kif suppost, tinżamm l-'upkeep' taż-żona inkluż tal-loġoġ u biex anki tiżdied is-sigurtà fiż-żona."

Hu kellu diversi kummenti minn residenti jappoġġjaw dak li qed jgħid. Hemm bżonn li tittieħed azzjoni minnufih!


Emil Calleja Bayliss