Tnejn mill-mistednin tal-programm Sibtek, is-Sibt li għadda kienu Rennie u Angele. Żewġ uċuħ sinonimi ma' Puttinu Cares. Huma tkellmu dwar il-ħidma tagħhom fi ħdan grupp kbir ta' nies, li lkoll qed jaħdmu għal għan wieħed! 

Rennie jispjega li bejn 60 u 90 persuna fix-xahar qed isiefru lejn l-Ingilterra, li hemm tajjeb li ħafna minnhom illum il-ġurnata qed ifiequ. Hu jispjega li jaraw tliet livelli għoljin: livell ta' tbatija, livell ta' ġenerożità u f'dan kollu tara kemm hawn nies jafu jħobbu.

Ovvjament hemm numru kbir ta' nies li qed jaħdmu sabiex kollox jimxi ħarir. Angele tgħid li bejn 75% u 80% jfiequ, hi tispjega li l-atmosfera hi waħda pożittiva fl-isptar. Tgħid li l-proġett ta' Londra hu importanti għax bħalissa għandhom sitt familji fuq il-waiting list.

Issir l-appell sabiex meta wieħed jagħti donazzjoni jivverifika u jara li dawn huma uffiċjali minn naħa ta' Puttinu. Huma jisħqu li dejjem ikollhom identifikazzjoni meta jmorru jiġbru b'xi mod jew ieħor.

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss