Bħalma forsi tafu, l-mistieden li jmiss ta’ Min Imissu?! illejla se jkun il-kantant Renato. Il-band Hospital Expressions se jkunu qed ikantaw id-diska tiegħu, Singing This Song.
Wieħed mill-istejjer li se jirrakkonta huwa kif hu kien se jkun parti mill-grupp popolari Bee Gees. Imma l-manager li kellu dak iż-żmien sfortunatament fottielu l-opportunità.
Bħalma forsi nistgħu nobsru, illejla se jkun programm tad-daħq żgur, għax fejn jidħol Renato dejjem tmur xi ċajta jew tnejn fin-nofs! Se tarawh illejla Min Imissu?! Se jibda fit-8:30PM fuq ONE.
Facebook/Renato Micallef