Il-kanzunetta Desire ta’ Claudette Buttigieg irrapreżentat lil Malta fi Stockholm l-Iżvezja fis-sena 2000, eżatt 25 sena ilu. Hi kanzunetta popolari mmens f’Malta u tibqa’ magħrufa bħala diska ferriħija mimlija passjoni.
Tant hi maħbuba din il-kanzunetta f’Malta li 25 sena wara għadna mhux biss nisimgħu dwarha, iżda wkoll ħarġet remix ġdida li żżid dimensjoni elettronika! Din ir-remix produċietha Cathy K flimkien ma’ Manfred Holz, il-kompożitur huwa Philip Vella filwaqt li kiteb il-lirika Gerard James Borg. Din ir-remix hi wkoll kollaborazzjoni ma’ DJ Sue u Edwina Cini.
Din hi diska ta’ 5 minuti u 50 sekonda, u tistgħu ssibuha fuq diversi pjattaformi differenti bħal Spotify u Youtube. Tajjeb li ngħidu li din mhux remix uffiċjali!
Facebook / Claudette Buttigieg u Youtube / Claudette Pace - Topic