L-idea illi f’relazzjoni jiġi deċiż mill-individwi li jkun hemm numru ta’ partners għada kemmxejn tabù iżda kulma jmur iż-żmien, iktar qed issir komuni.
Dedeker Winston, li hija awtriċi u kowċ tar-relazzjonijiet li tiffoka fuq relazzjonijiet miftuħin, tgħid illi hi ilha tkun f’relazzjonijiet b’iktar minn sieħeb wieħed għal iktar minn għaxar snin iżda qatt ma rat interess daqshekk qawwi f’din it-tip ta’ relazzjonijiet.
Madanakollu, tistqarr li rat l-ikbar żieda f’dan l-interess mis-sena 2016 ‘l hawn. Għalhekk, kemm hi, kif ukoll esperti oħra tar-relazzjonijiet, ippruvaw jiskopru minn fejn ġejja din iż-żieda.
Il-poliamorju ħafna drabi jfisser li tingħaqad f’relazzjonijiet intimi diversi, filwaqt li r-relazzjonijiet miftuħa huma aktar spiss assoċjati ma’ nies li jidħlu primarjament f’relazzjonijiet sesswali barra mis-sħubija prijoritizzata tagħhom ta’ żewġ persuni. Fi kliem ieħor, ir-relazzjonijiet miftuħa huma inqas iffukati fuq konnessjonijiet emozzjonali ma’ nies barra relazzjoni primarja, u aktar fuq dawk sesswali.
Barra minn hekk, it-tendenzi tal-app tad-dating jgħinu jenfasizzaw iż-żieda fl-interess f'relazzjonijiet miftuħa. Minn naħa, kien hemm żieda fil-pjattaformi ffukati b'mod partikolari fuq non-monogamija, inklużi relazzjonijiet miftuħa, biex jilqgħu għal kurżità li qed tiżdied. Iżda saħansitra aktar dating apps tradizzjonaliraw żieda fl-interess fir-relazzjonijiet miftuħa.
Hemm għadd ta’ raġunijiet oħra, u ħafna jaf jaħsbu illi dawn it-tip ta’ relazzjonijiet jeżistu għaliex in-nies m'għadhomx kapaċi jkunu leali lejn persuna waħda. Iżda dan huwa veru? Jew huma kollha ħsibijiet sforz it-tabù fuq dan is-suġġett?