It-tim Malti tal-4x100m Relay li huwa magħmul minn Charlotte Wingfield, Claire Azzopardi, Carla Scicluna u Janet Richard, riċentament kisru r-rekord nazzjonali fejn dak preċedenti kien ta’ 45.80. It-tim Malti rnexxielu jiksru bil-ħin 45.59! Għalkemm it-tim Malti ma rnexxielhux jikkwalifika għal li jmiss, xorta waħda taw prestazzjoni tajba mmens. Dan il-Heat intrebah mill-Ġamajka!

Bħalissa hemm il-logħob tal-Commonwealth għaddej ġewwa Birmingham fir-Renju Unit u dawn se jiġu fi tmiemhom nhar it-Tnejn tmienja t’Awissu.

Prosit kbira lil dawk kollha li qed jagħmlu unur lil pajjiżna f’dan il-logħob u ninsabu kollha kburin bikom!

Hawn tistgħu taraw il-mument fejn il-Maltin kisru r-rekord nazzjonali! Prosit mill-ġdid!


Charlton Cefai