Il-paġna tal-Malta Rekords ilbieraħ ħabbret li kienet għadha kif saret preżentazzjoni ta’ rekord nazzjonali ġdid, l-ikbar kannizzata użata fil-festa tar-raħal.

Huma kitbu, “Dawn huma l-qisien ta’ din l-opra meraviljuża: Wisgħa ta’ 479cm (15.72 feet), għoli ta’ 544cm (17.85 feet), u tul ta’ 18.76m (61.55 feet).”

Huma komplew, “Prosit tassew lill-Kummissjoni żgħażagħ Palmisti fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Venera V.M.”

Huma ma naqsux milli jaqsmu bosta ritratti ta’ nies il-festa madwar din il-kannizzata jiċċelebraw mhux biss il-festa tar-raħal iżda wkoll il-ksur ta’ rekord ġdid.

Id-determinazzjoni ta’ dawk kollha li ħadmu biex issir din il-kannizzata enormi swiet ta’ ġid għaliex fl-aħħar ġew ippreżentanti b’ċertifikat li jikkonferma li verament irnexxielhom jiksru dan ir-rekord nazzjonali. Prosit ħafna!

 

Facebook/ The Malta Records


Gabriella Borg