Il-Malta Rekords għadha kemm ħabbret li nkiser rekord ġdid nazzjonali f’Birkirkara.

Huma kitbu fuq il-paġna tagħhom, “The Malta Records bi pjaċir tħabbar li għadu kif twaqqaf rekord nazzjonali ġdid. L-iktar ammont ta' karti, in kwantu ta' piż, mitfugħa bl-idejn mill-inqas numru ta' nies minn bejt ta' dar privata fl-inqas ħin waqt il-festa tar-raħal.”

Huma spjegaw, “Total ta' 81 xkora, li jiżnu 255 kilo, intefgħu bl-idejn minn 10 persuni f'ħin inkredibbli ta' 2 minuti u 53 sekonda. Dan seħħ fi Triq John Borg, Birkirkara fir-residenza tas-sinjuri Kurt Farrugia u Chantelle Farrugia Sacco flimkien ma' binthom Ylenia. Prosit tassew għax qajjimtu briju sfrenat waqt li għaddiet il-banda ddoqq.”

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li nkomplu niksru rekords ġodda u nuru kemm il-Maltin verament għandhom talenti oriġinali! It-tbissima kbira fuq wiċċ ir-rebbieħa tixhed kemm kienu ferħanin bir-riżultat. Prosit immens lil kull min ħa sehem!

Facebook/ The Malta Records


Gabriella Borg