L-annimali jsiru parti minn ħajjitna u anke meta jiġu neqsin, in-nuqqas tagħhom fid-dar jinħass u jibqa' jinħass. Huma jsiru parti mill-familja u l-qsim ta' qalb jinħass minn kull membru. L-attriċi lokali Rebecca Paris, li ftit jiem ilu iċċelebrat għeluq sninha għadha kif għamlet tattoo mill-isbaħ.

Ritratt: Facebook / Rebecca Paris

It-tattoo mill-artista Dria Andria ta' The Rusty Key Studio turi l-kelb ta' Rebecca, Scooby Doo. F'post li xxerjat fuq Facebook, Rebecca qalet li lil Scooby Doo kienet sabitu barra u kienet wegħditu li tieħu ħsiebu sal-aħħar nifs ta' ħajtu.

Scooby Doo kien ilu għoxrin sena jgħix magħha u tistqarr li providilha tant u tant emozzjonijiet sbieħ. Mhux l-ewwel darba li kienet tixxerja xi ritratt fuq il-grupp Rubs Puppy Love ta' dan il-kelb li kien ukoll nieqes mid-dawl.

Ritratt: Facebook / Rebecca Paris

"Irqadt fuqi u raqqadtek fuqi, l-aħħar nifs sħun ħassejtu ma' għonqi sabiħ tiegħi, issa nħoss li kien fadalli l-aħħar wegħda, flimkien għal eternità... pinġejtek ukoll fuq idi... inħobbok Scooby Doo, ma nsejtekx!"

Kliem mill-qalb li verament juri verament ħabbet il-kelb li adottat u riedet iżommu dejjem magħha anke wara mewtu. It-tattoo hija waħda mill-isbaħ, biċċa arti li wieħed ma jistax ma jfaħħarx.

Facebook / Rebecca Paris


Emil Calleja Bayliss