It-tfalja Malta f'Miss Supranational bdiet il-vjaġġ tagħha sabiex itajjar il-bandiera Maltija f'dan il-konkors. Rebecca għandha 21 sena u dan ix-xahar ħa tkun qed tigradwa bl-Unuri fil-Matematika u wkoll fl-Operazzjonijiet Bankajari u l-Finanzi. Hi tixtieq tkompli tavvanza fl-istudji tagħha sabiex 'il quddiem issir konsulenta fil-finanzi.

Ritratt: Facebook / Rebecca Pace

Ilha timmudella għal dawn l-aħħar seba' snin u tieħu gost taddendi l-gym b'mod regulari u anke tħobb tiġri. Hi toħlom li tkabbar il-karriera tal-imudellar fuq skala internazzjonali u ssir mudella kummerċjali. Hi tħoss li għandha l-kunfidenza li tilħaq l-għanijiet tagħha, il-ħolm u anke l-aspirazzjonijiet.

Ritratt: Kurt Borg Coppini Photography - Facebook / Rebecca Pace

Rebecca tħobb is-safar, tħobb toħroġ mal-familjari u l-ħbieb u anke tkanta f'kor. Il-finali ta' dan il-konkors ħa tkun qed issir fis-6 ta' Diċembru ġewwa l-Polonja. Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Rebecca kull suċċess f'din l-avventura barra minn xtutna.

Benjamin Sant - SnapArt Photography


Emil Calleja Bayliss