Il-paġni uffiċjali tal-Junior Eurovision għadhom kemm ħabbru min se jkanta fil-bidu, min se jkanta fl-aħħar u f'liema pożizzjoni ħa jkantaw Spanja, il-pajjiż li rebaħ sena ilu.
Jidher li l-ambaxxatur Malti Ramires Sciberras ser ikun qed jagħlaq is-serata bil-kanzunetta Stilla Ċkejkna fis-16 ta' Novembru li ġej. Spanja ser tkun qed tkanta fl-10 post, mentri l-Italja ser ikunu qed jiftħu s-serata.
It-tlugħ ta' dawn il-pożizzjonijiet, kien issorveljat mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni tal-pajjiżi parteċipanti u l-ordni sħiħa se tiġi żvelata aktar viċin il-jum tal-finali.