Jenson Elsworth, żagħżugħ ta' 21 sena mill-Birgu, qiegħed jitkellem man-nies tal-Birgu biex jiġbor xi stejjer dwar din il-lokalità tant għal qalbu.

Beda dan il-proġett billi ħoloq lista ta’ parteċipanti potenzjali mill-Birgu jew li kienu jgħixu l-Birgu u għandhom xi storja jew esperjenza dwar il-Birgu fi żmien ta’ qabel. Tista’ tkun xi mawra sal-Birgu f’xi żona li issa nbidlet jew ġiet irrestawrata, xi logħba tradizzjonali, esperjenza storika, ġrajja relatata ma' xi sengħa, fost oħrajn.

Issa wasal fl-istadju li jilqa' dawn l-esperjenzi permezz ta' email jew messaġġ fuq Messenger ukoll, mhux biss mill-intervisti li jagħmel wiċċ imb wiċċ. "L-għan ta’ dan il-ħsieb huwa biex nipprova nippreżenta kull forma ta’ parteċipazzjoni, speċjalment għal min jippreferi jibgħatha b’dan il-mod milli f’laqgħa informali," kiteb Elsworth.

Jekk tixtieq tagħti kontribut, tista' tibgħat email fuq [email protected] jew tibgħatlu fuq Messenger billi tagħfas HAWN.

Facebook / Mill-Pinna ta' Jenson


Bradley Cachia