Fuq il-paġna It-Temp Madwarna ntefgħu żewġ ritratti ta’ xena mhux tas-soltu li kienet fuq ramla f’Marsaxlokk.
Il-paġna kitbet, “Wara r-riħ qawwi li nefaħ b’mod frekwenti fl-aħħar jiem u ġimgħat l-aktar mix-Xlokk u l-Lvant, diversi arzell, gandoffli u tipi ta’ bebbux tal-baħar li jgħixu fir-ramel u l-ħama f’qiegħ il-baħar sabu ruħhom fuq din il-bajja wara li nqalgħu mill-qiegħ bil-mewġ qawwi li kien jaqbel.”
Kemm hi interessanti u sabiħa n-natura u kif taħdem!