Joanna Mallia rrakkontat xi ġralha lbieraħ filgħaxija fejn irċeviet telefonata xejn sabiħa u kellha tmur tiġri biex tipprova ssalva lil dan il-qattus li kien verament muġugħ.
Hi kitbet, “Ilbieraħ kellu jkun lejl rilassanti imma ġara bil-kontra. 8.30 nirċievi telefonata li kien hemm qattus jibki bl-uġigħ u ma jiċċaqlaqx f’nofs ta’ triq. Mort niġri lejh. Rajt xi ħaġa li qatt qabel ma rajt. Qattus litteralment jitkarrab għall-għajnuna jibki bl-uġigħ. Mort niġri lejn il-vet biex insalvaw. Meta eżaminah il-vet ra li kellu l-muskoli ta’ dahru kollha jidhru.”
Il-vet spjegalha li minħabba l-kumplikazzjonijiet kollha li kellu, kieku jiġi operat xorta kien se jsofri ħafna, u ssuġġerixxa li jraqqduh. Hi appellat biex kull min jolqot qattus bil-karozza jista’ mqar iċempel għall-għajnuna bħal m’għamlet din il-persuna, minflok inħalluh jibki fit-triq.
Facebook / Joanna Mallia