Hekk kif qbiżna nofs Novembru, jidher li t-temp qed jurina sew x’ser toffrielna x-xitwa din is-sena. Diġa’ ħadna togħma tajba tal-maltemp fil-ġimgħat li għaddew u llum il-gżejjer Maltin reġgħu sebħu għal aktar.

Bosta kienu dawk li rrikorrew għal midja soċjali anke ftit tal-minuti ilu malli jidher li maltempata ħakmitna sew anke b’silġ f’ċerti nħawi.

Hemm min jifraħ u jieħu gost għax jgħidlek li dan it-temp jdaħħlek fl-ispirtu tal-Milied. U hemm min jistmerru u minn issa jibda jitlob li s-sajf ifittex jiġi u ma jdumx.

Jidher li dan it-temp ser jippersisti wkoll fi tmiem il-ġimgħa.

Imma m’hemmx x’tagħmel! Ikollna nesperjenzawh. Aħna ta’ Gwida nfakkrukom biex isuqu bil-galbu kif ukoll biex tilbsu sew ħalli tevitaw li tlaqtu l-irjiħat.

Ritratt: Malta Diżastru Totali


Clifford Galea