Raġel li jinsab f’Malta imma għandu l-kelb tiegħu f’Pariġi qed jappella għall-għajnuna.

Huwa għandu bżonn persuna li se tkun qed ittir minn Pariġi lejn Malta fil-jiem li ġejjin. Walid Sultan Midani qal li ħabib tiegħu se jkun qed jorganizza kollox fi Franza u issa għandu bżonn xi ħadd iwassal il-kelb mit-trasportatur tal-bagalji lejn il-bieb tal-wasliet tal-ajruport ta’ Malta, fejn Midani jkun qed jistenna biex jieħu l-kelb tiegħu.

Facebook / Expats Malta


Maria  Desira