Angie kitbet, "Hemm nies li huma tant sbieħ! Dalgħodu dan ir-raġel ġie fl-uffiċċju tagħna biex jagħtini dan l-arloġġ li għamel hu stess u għamilli l-ġurnata!" Ngħiduha kif inhi, għandha raġun tkun daqstant grata.

Hi żżid, "Lorry grazzi! Jien se napprezza dan għal dejjem... tant kuntenta li ltaqajt ma' persuna daqshekk mill-aqwa!" Persuna mill-aqwa u tassew b'talent mill-isbaħ. 

Ġest tassew ħelu mingħand segwaċi tagħha. Ġest li juri li japprezza l-kumpanija li żżomlu permezz tat-televiżjoni.

Lorry għamel biċċa xogħol mill-aqwa u ninsabu ċerti li ħa tgħożżu mmens dan ir-rigal.

Facebook / Angie Laus


Emil Calleja Bayliss