Rachel, wiċċ magħruf mal-pubbliku, bħalissa qed tagħmel esperjenza kemxejn differenti u pjuttost diffiċli. Ħafna nies jafuha mis-serje Simpatiċi, fejn kienet tagħmel il-parti ta’ Ruth. 

Bħalissa flimkien mat-tim tagħha, Rachel qiegħda Spanja sabiex timxi l-Camino de Santiago! Il-Camino de Santiago toffri diversi rotot differenti, li jvarjaw minn 120 kilometru sa 800 kilometru jew saħansitra anke 1000 kilometru!

 

Rachel, li taħdem bħala personal trainer u ovvjament sportiva ħafna qed timxi ‘l fuq minn għoxrin kilometru kuljum. Illum tinsab fir-raba’ ġurnata tagħha ta’ mixi sabiex tasal fid-destinazzjoni ta’ Santiago. Naturalment din il-mixja mhijiex waħda faċli u tirrikjedi ħafna preparazzjoni fiżika u psikoloġika minn qabel.

Mir-ritratti li qed titfa’ fuq is-social media, nistgħu ngħidu li t-tim kollu jidher li qed jiddeverti mhux ftit għax kollha wiċċhom għad-dawl! Apparti minn hekk, waqt dan il-mixi kontinwu l-veduti ta’ dan il-post ma jonqsux. Tgħid kemm se tkun twila r-rotta ta’ Rachel?


Yasmin Camilleri