Il-karriera tal-player Maltija Rachel Cuschieri ser tkompli ġewwa l-Italja wara li din iffirmat kuntratt ta’ sentejn mat-tim tan-nisa ta’ Sampdoria fis-Serie A.

Cuschieri għandha 30 sena u f’dawn l-aħħar sentejn kienet qed tilgħab mat-tim tan-nisa ta’ Lazio fejn rebħet is-Serie B, ġiet promossa fis-Serie A u anke iddebuttat f’dan il-lig. Fl-istaġun li għadda rnexxielha tiskorja żewġ goals għal Lazio kontra Napoli u Sassuolo.

Fl-istaġun li għadda Sassuolo tellgħu 31 punt u klassifikaw fis-sitt post fis-Serie A. L-ewwel partita għall-istaġun li jmiss għal Sampdoria se tkun kontra Sassuolo. Aħna ta’ Gwida.mt nixtiequ kull suċċess lil Rachel Cuschieri fil-karriera tagħha.


Henzley  Bezzina