L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol uriet id-diżappunt tagħha llum wara li ġew mħabbra l-miżuri tal-llum mill-Gvern u d-Dipartiment tas-Saħħa.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Assoċjazzjoni bdiet tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex titneħħa l-projbizzjoni fuq sport organizzat fuq livell elite bħal Timijiet Nazzjonali, il-Premier Division u ċ-Challenge League.
L-Assoċjazzjoni sostniet li għalkemm ħadnu bosta sforzi sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn il-kompetizzjonijiet, fosthom contact tracing għall-plejers kollha kif ukoll valutazzjoni bl-ispejjeż tal-Assoċjazzjoni stess, xorta waħda baqà projbit l-isport organizzat. Madwar 4,000 test tal-Covid-19 saru fuq il-membri tal-Assoċjazzjoni li flimkien mal-mezzi u nfieq oħra li ċ-ċirkostanzi talbu għalihom ġiet tiswihom maż-2 miljun ewro.
Minkejja l-attenzjoni li talbu lill-awtoritajiet, l-Assoċjazzjoni tħossha li ġiet injorata u ser ikun hemm effetti soċjo-ekonomiċi u ta’ saħħa koroh fuq kulħadd involut.
Malta kien l-unika pajjiż li qprojbixxa l-isport elite. Każi mill-attivitajiet sportivi f’Malta minn dejjem kienu baxxi immens, anke fost gruppi b’etajiet iżgħar.