‘Ftit Minn Kollox’  hi paġna li tikteb dwar il-ħajja u twissina dwar affarijiet li important nżommu f’moħħna. Illum fuq il-paġna ġie miktub dwar l-azzjonijiet li jagħmlu raġel ta’ veru.

Fuq il-paġna kitbu, “Raġel ta’ veru qatt ma jħalli lill-omm uliedu tissielet fil-ħajja. Jekk l-omm tkun qed tissielet, ifisser li uliedha qed jitħabtu wkoll, mhux biss finanzjarjament, imma wkoll emozzjonalment u mentalment. Missier tajjeb qatt ma jkun kuntent jara lil omm uliedu tiġi umiljata. Jaf li uliedu jħobbuha, ibatu jekk jarawha f’diffikultà, allura jagħmel mezz biex ma jħallihiex tbati ħalli t-tfal ma jbatux lanqas. Il-kuntentizza u l-ġid ta’ uliedu dejjem ikunu l-prijorità tiegħu, anke jekk dan ifisser li jwarrab il-kburija tiegħu u jaħdem flimkien mal-omm b’mod paċifiku għall-ġid mentali, emozzjonali u ekonomiku ta’ uliedu. Dan li semmejt japplika wkoll għall-omm fil-konfront tal-missier. Għax filwaqt li relazzjoni bejn il-ġenituri tista' tispiċċa minħabba raġunijiet differenti, ħadd minnhom m’għandu jbati minħabba piki u ġlied bla bżonn.”

Kliem ta’ għerf kbir li għandna nżommu f’moħħna biex naċċertaw li t-tfal ikunu ferħanin.

Facebook / Ftit minn kollox


Gabriella Borg