Minkejja li għandu 86 sena u nieqes mid-dawl, Joseph Mallia ma jaqtax qalbu u jibqa' kommess li jgħin lil ta' madwaru.

Tant hu hekk, li matul dawn l-aħħar xhur mexa 350,000 pass li għenuh sabiex b'hekk jiġbor is-somma sabiħa ta' €11,554 għal Puttinu Cares.

"Il-kuraġġ, id-determinazzjoni u s-saħħa tiegħu jfakkruna li qatt m'għandna naqtgħu qalbna," saħqu Puttinu Cares li faħħru bis-sħiħ il-ġest nobbli ta' dan ir-raġel ta' 86 sena.

Prosit tassew!

Ritratti: Facebook / Puttinu Cares u Times of Malta / Karl Andrew Micallef


Cristian Tonna