Nhar il-Ħadd li għadda ġiet imħabbra l-mewt ta’ Nace Trajkovski, raġel ta’ 67 mill-Maċedonja li ġie Malta fil-festi tal-Milied biex iżur lil uliedu u sfortunatament ħalla din id-dinja waqt iż-żjara tiegħu.

Wara l-mewt ta’ Nace sar appell sabiex jinġabru xi flus biex ġismu jittieħed lura l-Maċedonja, għax uliedu jidher li ma jistgħux iħallsu s-somma li tammonta għal €3,500 għal dan. Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan billi jibgħat il-flus fuq in-numri 7966 4714 u 7771 5539 minn Revolut, jew iħalli d-donazzjoni tiegħu fir-risoranti ta’ Peppi jew Gourmet.

Jistrieħ fil-paċi.


Henzley  Bezzina