Martin Pistorius, li issa għandu 47 sena, ilu msakkar f'ġismu stess minn mindu kellu tnax-il sena.
Matul dan il-perjodu li għamel fi stat veġitattiv, seta' jifhem, jara, u jisma' dak kollu li għaddej madwaru. Pistorius stess qal dan, u żied jgħid li ma kellu l-ebda kontroll fuqu nnifsu u fuq dak li kien għaddej madwaru.
Spjega kif għalih, dan in-nuqqas ta' kontroll fuqu nnifsu kien l-agħar ħaġa li qatt esperjenza, u jittama li ma jkollux għalfejn jerġa' jgħaddi mill-istess esperjenza. Ħassu daqslikieku ma kienx jeżisti għax kull ħaġa li kienet taffettwah kienet deċiża minn ħaddieħor.
Fl-2018, hu u martu Joanna laqgħu lil binhom, Sebastian Albert. Illum ukoll jaħdem bħala xjentist tal-kompjuters u web developer.
LadBible