Fuq il-midja soċjali, raġel żvela li waqt li kien qed jisbarazza beda jara xi fajls ta’ meta kien għadu jmur l-iskola u sab ritratt tal-Professur Charmaine Gauci f’wieħed minnhom!

“Tkun qed tiżbarazza, tagħżel u twarrab xi fajls qodma tal-iskola li jmorru lura lejn il-bidu tas-snin 2000, u fost il-qabda wċuħ li kont naqta' mill-kotba biex bihom nitħarreġ fit-tpinġija tal-uċuħ titfaċċa l-Professur Charmaine Gauci,” kiteb hu.

Naturalment, żvela r-ritratt li kien qed jirreferi għalih. Min kellu jgħidlu li llum il-ġurnata Prof Gauci kienet se tkun daqshekk ta’ impact f’pajjiżna?

Facebook/Charmaine Gauci


Nicole Barbara