Każ f’Raħal Ġdid jidher li qed idur fuq il-midja soċjali wara li raġel immasturba fil-pubbliku ħdejn bandli fejn insertaw għaddejjin żewġt itfall.

Ir-raġel ta’ 36 sena mis-Somalja u li joqgħod il-Marsa,ġie arrestat wara li żewġt itfal li kienu għaddejjin lemħuh u rrappurtawh lill-pulizija dak il-ħin stess. Apparti minn dan, ir-raġel inqabad ukoll fuq CCTV. Skont l-avukat tiegħu ir-raġel hu refuġjat u jgħix f’akkomodazzjoni flimkien ma’ refuġjati oħra.

Jidher li l-qorti ħelsitu fuq garanzija personali ta’ € 500. Ir-raġel tpoġġa wkoll taħt curfew u hu ordnat jiffirma ktieb tal-pleġġ tliet darbiet fil-ġimgħa.

cv

Ritratt: Joe Genovese


Kyle Zarb