Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett jaqsam apprezzament lejn Raħal Ġdid wara li ħatruh bħala President Onorarju ta’ Hibernians F.C. minkejja li hu mhux minn din il-lokalità.
Hu jibda, “Inħossni onorat u anki xi ftit kommoss li waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-lejla l-membri iddeċidew li jaħtruni President Onorarju ta’ Hibernians F.C. Jien ma twelidx u ma ttrabbejtx Raħal Ġdid. Dik verita’ u kburi li jien mill-Gżira.”
B’mod onest jistqarr, “Però Raħal Ġdid u niesu laqgħuni daqs li kieku dejjem kont Pawlist. Ħdimt għaliha għax Raħal Ġdid ma jagħtik xejn b’xejn. Il-Bambin laqqani ukoll ma’ persuni li fehemuni x’jiġifieri tkun Pawlist mill-qalb.”
Hu jkompli, “Ovvjament insemmi lil familja tal-mara tiegħi, Pawlisti minn Burial Street, iżda rrid insemmi nies oħra li daħħlu fija dak is-sens li tħobb lir-Raħal…bħal Jesmond Abela l-Ħaċċ, is-sur Johnny Agius, Gordon Dalli u Jason Caruana, Keith Glanville, Darren Spiteri u l-klikka kollha, Alex il-Bubu, il-Bubina, Leli l-Pompa, Ranier Bezzina u fuq kulħadd il-mibki ħabib is-sur Tony Bezzina.”
Il-Ministru Bonett jgħid, “Xi ħadd riċentament qal li m’għandix x’naqsam ma’ Raħal Ġdid. U forsi għandu raġun…però in-nies tar-Raħal iqisuni wieħed minnhom għax dejjem magħhom. Dan huwa ir-Raħal tiegħi u dan il-ġest min-naħa tal-klabb, il-klabb li jgħaqqad lill-Pawlisti kollha, ifisser ħafna għalija.”
Hu jtemm jgħid, “Raħal Ġdid ser inkompli naħdem għalih u għall-Hibs sakemm il-Bambin jagħtini s-saħħa. Grazzi Ranier, Jesmond, kumitat u membri talli għamiltuni Pawlist kburi. Forza Hibs.”
Facebook / Chris Bonett