Il-preżentatur abbli u pożittiv għall-aħħar, Quinton Scerri llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Ħaqqu li nawgurawlu wkoll hux hekk?! Persuna dejjem bit-tbissima u għandu aspett partikolari fih; li meta tkun quddiemu jagħtik l-attenzjoni kollha u jisma' dak li għandek x'toffrilu jew x'tiddiskuti.

Ilbieraħ, it-tfajla tiegħu li ser tkun martu dalwaqt tefgħet ritratt miegħu fejn awguratlu u sejħitlu 'my Mr.' Quinton huwa attiv ħafna; kemm fiżikament fejn xi ġirja ma jitlifhiex u kull tip ta' sport ieħor u anke fil-ħajja ta' kuljum; speċjalment fil-qasam tal-midja. Ta' Kuljum iwassal il-breakfast show fuq TVAM flimkien ma' Clara Farrugia.

Ritratt: Facebook/ Kerstyl Farrugia

Huwa wkoll il-President tal-Għaqda Madonna Tal-Grazzja, Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar; il-belt li tant iħobb. Bilħaqq, tafu li Quinton għandu kunjom ieħor? Propjament ismu sħiħ huwa Quinton Scerri Taylor! Awguri ħabib tagħna!

Ritratt: Facebook/ Quinton Scerri


Clifford Galea