Skont is-sezzjoni dwar il-qtugħ tad-dawl fuq il-websajt tal-Enemalta, partijiet minn dawn it-tmien lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tal-elettriku skedat illum l-Erbgħa 16 ta’ Settembru. Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew iġġebbdu wara nofsinhar.

Dawn huma l-lokalitajiet:

  • Bormla bejn is-7.30 u n-12.30
  • Fgura bejn is-7.30 u n-12.30
  • In-Naxxar bejn it-8:00 u 12:00, u bejn id-9.30 u l-22.30
  • Iklin bejn it-8:00 u s-13:00
  • Birkirkara bejn it-8:00 u s-13:00
  • Is-Swieqi bejn it-8:00 u 12.15
  • Ħaż-Żabbar bejn it-8.30 u l-11.30
  • Il-Mosta bejn il-5:00 u l-10:00

L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija bl-SMS li jibgħatlek messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min abbinat. Tista' tirreġistra HAWN.

Sabiex tara t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati idħol HAWN


Emil Calleja Bayliss