Twanny Scerri, il-preżentatur ta' Calypso Radio kiteb messaġġ ifakkar il-jum ta' tliet snin ilu. Jum fejn ħajtu setgħet intemmet darba għal dejjem.

Hu jibda billi jgħid, "25 ta' Novembru 2019 qomt bħas-soltu biex nipprepara Bongu Calypso fuq Calypso Radio. Imma ftit wara spiċċajt Mater Dei b'attakk tal-qalb qawwi. Kien fadalli siegħa biss ta' ħajja! Imma l-Bambin għeni u grazzi ghall-Polyclinic Paola u l-istaff ta' Mater Dei salvajt."

Kull sena bħal-lum nagħmel l-appell biex fil-ħajja nagħmlu l-ġid, ngħinu lil ħaddiehor u nuru solidarjetà bil-fatti ma min ikun għaddej minn problemi l-aktar ta' saħħa. Tliet snin ilu jien twelidt mill-ġdid! Grazzi Mulej!"

Grazzi li tfakkarna f'kemm il-ħajja hija prezzjuża!

Facebook / Twanny Scerri


Emil Calleja Bayliss