F'Novembru li għadda, l-istatwa tal-Kunċizzjoni kienet fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara, fl-okkażjoni tal-75 sena minn meta l-istatwa ttieħdet mill-Bażilika ta’ Birkirkara lejn il-kolleġġjata ta’ Bormla fi tmiem il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinija. Bħal dejjem, il-Bormliżi ċċelebraw dan l-anniversarju bil-kbir iżda wkoll b'devozzjoni profonda.

Hekk kif għal din is-sena l-festi tħassru, bosta huma dawk li jħossu għafsa ta' qalb kemm għall-aspett reliġjuż imma wkoll għal dak kulturali. Għalkemm il-festa tal-Kunċiżżjoni tiġi f'Diċembru, għad ma nafux kif ser tkun is-sitwazzjoni tal-pandemija. Nisperaw li jkun mument aħjar!

Matthew Tonna Gilford li huwa akkanit sew u nvolut f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Belt Cospicua kiteb fuq facebook li bħal donnhom ħassew li l-2020 ser tkun stramba: "Meta qabel waslet il-pandemija għall-Festa waħda għamilna tnejn, u l-Immakulata ħarġet erba' darbiet minn erba'. Qisna konna preparati li l-2020 se tkun imħarbta."

Ritratt: Facebook/ Photos by RONALD


Clifford Galea