Issa li bdejna x-xahar t’Ottubru, ħafna jibdew jaħsbu għall-festa li daħlet sew fi gżiritna. Il-festa tal-mejtin jew tal-Halloween!

Fi tmiem dan ix-xahar kulħadd jilbes ta’ xi karattru tal-biża’! Biex nagħtu aktar dehra realistika lill-karattru li qed nilbsu tiegħu, l-irtokk huwa essenzjali! Jekk tidħol fuq il-profil ta’ Instagram ta’ din it-tfajla, tieħu erba’ ideat brillanti żgur!

View this post on Instagram

A post shared by EllaDoesFx (@elladoesfx) on

Din it-tfajla, li għandha talent kbir, toħloq diversi dehriet realistiċi ta’ ġrieħi gravi li nistgħu nġarrbu. Tant kemm din it-tfajla hija professjonali f’xogħolha, li meta wieħed jara dawn id-dehriet jaħseb li huma dehriet ta’ veru!

View this post on Instagram

A post shared by EllaDoesFx (@elladoesfx) on

Meta tħares lejn ir-ritratti ta’ xogħol din it-tfajla, lanqas jgħaddilek minn moħħok li dak kollu li tara hu rtokk! Tikkrea xeni tal-biża’ u realistiċi mmens! Talent impekkabbli!

View this post on Instagram

A post shared by EllaDoesFx (@elladoesfx) on

Naturalment sabiex wieħed jikseb riżultat bħal dan, jirrikjedi ħafna prattika minn qabel. Ninsabu ċerti kemm l-irtokk huwa għal qalb din it-tfajla għax ir-riżultati fenomenali juru dan b’mod ċar! Prosit Ella!

Instagram / @elladoesfx


Yasmin Camilleri