Qed toqrob il-ġurnata li fih tiġi nkurunata Miss Malta 2020. Din is-serata se ssir fit-28 ta' Frar li ġej fl-MFCC f'Ta' Qali. Alexia Tabone kienet il-Miss Malta 2018 u issa tkun mistennija tgħaddi x-xettru lir-rebbieħa l-ġdida.

Ritratt: Facebook/ Mario Abela Photography

Ir-rebbieħa tirbaħ ukoll €1,500 fi flus u bosta opportunitajiet oħra relatati mal-qasam tal-moda. Bosta preparamenti jinsabu għaddejjin fl-aqwa tagħhom u jidher ukoll li hemm magħżulin il-preżentaturi. Għasfur qalilna li dawn iż-żewġ preżentaturi ġieli ppreżentaw programmi tar-radju flimkien. Min taħsbu li huma?!

Awguri lill-organizzaturi u wisq iżjed lill-parteċipanti kollha, mingħandna ta' Gwida.mt!

Ritratt: Facebook/ Miss Malta


Clifford Galea