Indunajtu min huma? Jew għadkom qed taraw jirnexxilkom taqtgħu? Dawk tar-ritatt m'huma ħadd ħlief il-grupp popolari Malti X-Tend. Il-kantant prinċipali ta' dan il-grupp mhu ħadd ħlief Charles Dalli. Il-grupp ilu għaddej mill-bidu tas-snin tmenin u llum il-kantant prinċipali jagħlaq 60 sena!
Ritratt: M3P / X-Tend
Is-suċċess kienu numerużi u tul is-snin ħarġu numru ta' kanzunetti. Fost l-aktar kanzunetti li n-nies għadhom ifittxu nsemmu l-album tal-Milied li ħarġu lura għall-1991. Charles flimkien mal-X Tend kienu l-ewwel band lokali li ħarġu CD ġewwa pajjiżna. Il-grupp għadu għaddej b'saħħtu u d-diskografija tagħhom tkompli tikber.
Ritratt: M3P / X-Tend
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Charles l-isbaħ xewqat u ħerqana biex nisimgħu aktar kanzunetti minn dan il-grupp lokali. Lokalment rajniehom jieħdu sehem fl-Għanja tal-Poplu tal-2017, imma s-sena l-oħra kien barra minn xtutna jagħtu spettaklu lil immigranti Maltin! Ċertament li l-mużika tagħhom għadha u tibqa' tferraħ, tant u tant ammiraturi.
Ritratt: M3P / X-Tend