L-attur lokali Xylon Bristow ħabbar li hu u t-tfajla tiegħu qed jistennew tarbija! Illum hu proprju għeluq snin it-tfajla tiegħu Kylie u l-koppja ddeċidew li jaqsmu din l-aħbar fuq il-midja soċjali.

Xylon Bristow kiteb, "Qed nistennew tarbija." Hu kompla jżid, "Naf li int se tkun omm mill-aqwa u f’dan il-jum sabiħ ta’ ħajtek, nixtieqlek il-ferħ kollu fil-ħajja. Awguri f'għeluq sninek Kylie."

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Xylon u lil Kylie l-isbaħ xewqat. Vjaġġ mill-isbaħ għalihom li ċertament ħa jkunu qed jagħmlu l-aqwa u dak kollu li jistgħu għal dik it-tarbija li ġejja fid-dinja!

Awguri mill-qalb lil Xylon u lil Kylie! 

Facebook / Xylon Bristow


Emil Calleja Bayliss