Matul l-aħħar sena lil Lara Azzopardi rajnieha mhux biss bħala attriċi iżda anke bħala preżentatriċi. Bdiet tippreżenta l-programm it-Talks, li jitratta diversi suġġetti interessanti u li jolqtu lil kulħadd b'modi differenti.
Waqt dan il-programm Lara kellha professjonisti, esperti, u anke personalitajiet li qassmu l-esperjenzi tagħhom. "Jien u t-tim impekkabbli ta' nies qed nippreparaw għall-iskeda li jmiss," kitbet Lara fl-aħħar sigħat.
Lara tistaqsi lill-pubbliku biex jibgħat dwar liema suġġetti jixtieq li ssir diskussjoni waqt it-Talks, punti li jixtieq li jiġu indirizzati. It-telespettaturi stess għandhom iċ-ċans li jagħmlu kuntatt mat-tim, u jgħidu dak li jixtiequ jisimgħu aktar dwaru.
It-Talks ser jirritorna minn Ottubru li ġej fuq ONE.
Facebook/ Lara Azzopardi