Isabelle Bonnici, omm Jean Paul li tilef ħajtu ftit tax-xhur ilu f’sit ta’ kostruzzjoni, kitbet ittra lill-Membri Parlamentari li nqrat fil-Parlament.

“Qed nikteb din l-ittra biex ngħaddilkom dan il-messaġġ ġenwin minn qalb ta’ omm muġugħa li tixtieq ġustizzja għal binja, kif ukoll riforma u infurzar ta’ liġijiet li diġà hemm jew li hemm bżonn jidħlu fis-seħħ fis-settur tal-kostruzzjoni,” hi kitbet. “Jien irrid li jkunu evitati kemm jista’ jkun imwiet u tbatija ħalli l-ebda ġenitur ma jgħaddi minn dan id-dulur etern.”

“Jien bħala omm Jean Paul nixtieq inkjesta pubblika fuq din it-traġedja. Il-polz tal-poplu jidher li jridha wkoll. Min se jismagħni u jismagħhom, jekk mhux intom? F’ajjiż demokratiku il-Parlament jiġi elett biex jisma’ u jservi l-poplu u l-vot tagħkom fil-Parlament għandu jkun arma li tiddefendi s-sewwa.”

“Se ċċaħdu lill-poplu Malti mill-ġustizzja? Se ċċaħdu li kull ġenitur ikollu moħħu mistrieħ waqt li uliedna jmorru fuq il-post tax-xogħol?”

Araw l-ittra kollha hawn taħt:

jp1jp2

Facebook/Malta, News, Photos & People


Bernard Xuereb