Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu ftit kliem ta’ ispirazzjoni dwar id-diffikultà tad-deċiżjonijiet.

Hu kiteb, “Il-ħajja ħafna drabi titfgħana f’salib it-toroq fejn l-inċertezza hi kbira, u t-toqol tad-deċiżjoni tinħass wisq. Dawn il-mumenti huma mimlijin biżgħa u l-mistoqsija persistenti, ‘Qed nagħmel id-deċiżjoni t-tajba?’. Imaġina qiegħed wieqaf fix-xifer ta’ bidla importanti fil-ħajja. It-triq mhix ċara u tkun tixtieq toqgħod fejn hu familjari imma fil-qiegħ ta’ qalbek ikun hemm xi ħaġa tgħidlek biex tieħu r-riskju.”

Hu kompla jispjega li kull deċiżjoni għandha bżonn il-kuraġġ u rridu nafdaw f'dak li ma nafux. Minkejja dan, maż-żmien l-affarijiet jibdew jidhru iżjed ċari u tibda tinbidel f’persuna aħjar. L-isfidi li kont qed tibża minnhom jgħinuk issir verżjoni aħjar tiegħek innifsek.

Hu spiċċa kliemu billi fakkarna li l-itqal deċiżjonijiet fil-ħajja juruna li minkejja l-inċertezza, il-vjaġġ qatt mhu se jiddispjaċik li għamiltu.

Facebook / Oliver Scicluna


Gabriella Borg